Department of Information, Malta – Press Release 7 August 2009

Il-bierah is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubblici u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi għadda t-Torri tax-Xlendi lill-Kunsill Lokali tal-Munxar flimkien ma’ Din l-Art Helwa. Din hija l-ewwel darba li saret devoluzzjoni ta’ sit pubbliku lil zewg entitajiet flimkien, biex jikkollaboraw għal għan komuni. Prezenti waqt l-iffirmar tal-ftehim kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.

Frott ta’ din id-devoluzzjoni, dan is-sit storiku importanti ser isir fuqu xoghol ta’ restawr, biex tinghatalu lura d-dinjita’ li tixraqlu, u jkun jista’ anke jigi sfruttat għal skopijiet turistici. Il-mudell ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill tal-lokal, flimkien ma’ entita’ ewlenija fil-harsien tal-wirt kulturali Malti, għandu jahdem biex jigi mmassimizzat il-potenzjal ta’ dan is-sit.

Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern qed jikkonferma kemm verament jemmen fil-Kunsilli Lokali u fl-organizzazzjonijiet non-governattivi taghna. Il-Gvern seta’ facilment jaghzel li jikri dan it-torri għal skopijiet kummercjali u jdahhal introjtu ferm iktar gholi. Dan pero’ jmur kontra l-ispirtu ta’ kif ghandu jintuza l-wirt storiku Malti u Ghawdxi. Ghalhekk tajjeb li dawn l-organizzazzjonijiet jinghataw l-ghodda biex jahdmu u jinghataw l-ghajnuna kollha possibbli.

Permezz tat-tigdid, il-Kunsilli Lokali qed jinghataw ir-responsabbilita’ li jharsu l-wirt storiku fil-konfini taghhom. L-Onor. Chris Said qal li biex dan isir bl-ahjar mod, ghandu jsir b’koperazzjoni ma’ ghaqdiet li huma esperti fis-settur. It-Torri tax-Xlendi huwa prova ohra li l-Kunsilli Lokali qed jagħmlu uzu tajjeb mill-proprjetajiet devoluti lilhom u dan jinkoraggixxi ‘l Gvern sabiex ikompli jimxi bil-politika ta’ devoluzzjoni.

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar issa ghandu tlett proprjetajiet devoluti lilu, jigifieri area fi Triq Guze’ Aquilina li se tinbidel fi playing field, il-mithna’ hdejn il-knisja tax-Xlendi u t-Torri tax-Xlendi. Dan hu ezempju haj ta’ kif Kunsill Lokali, avolja zghir, qed jagħmel l-ahjar uzu possibbli mill-politika ta’ devoluzzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qal li fil-politika ta’ tigdid qed tinghata importanza lid-devoluzzjoni tal-proprjetajiet u l-iskop tal-Gvern hu li jkompli jghaddi aktar proprjetajiet lill-Kunsilli Lokali biex jaghmlu l-ahjar uzu minnhom.

It-torri li jinsab fil-bokka tal-Bajja tax-Xlendi huwa uniku ghax huwa l-eqdem torri kostali li ghadu wieqaf f’Ghawdex, mibni fl-1650 fi zmien il-Gran Mastru Lascaris. Dan it-torri huwa partikolari wkoll ghax ghandu terrazz li jaghti għal fuq il-bahar, karatteristika unika ghalih. Dan it-torri li huwa mibni fuq medda ta’ 156 metri kwadri u huwa maqsum fuq zewg sulari, kien jghasses il-bajja mill-pirati u kuntrabandiera.

Iz-zewg Segretarji Parlamentari zaru ukoll Mithna fl-istess lokalita’ li kienet giet devoluta lill-Kunsill tal-Munxar, u li qed tigi restawrata ghall-iskop li tkun tista’ tinfetah ghall-pubbliku fil-futur. Din il-mithna hija ta’ nofs is-seklu Ghoxrin, u tinsab fi struttura mhaffra fil-blat.