Din l-Art Helwa Annual General Meeting 27th February 2010

 

Sustainable Fishing

It is hereby resolved by the Annual General Meeting of Din l-Art Helwa held in Valletta on Saturday 27th February 2010 that, in view of the fact that unsustainable fishing practices are decimating Malta’s fisheries, destroying marine habitats and killing large quantities of unwanted fish and other marine animals each year, the government is hereby urged to ensure that all fishing operations are run at a sustainable level so that fishing can continue indefinitely, and to manage the structure, productivity, function and diversity of the ecosystem on which fishery depends, and to maintain and enforce a management system that meets all local, national and international laws.

Sajd Sostenibbli

B’riżoluzzjoni waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Din l-Art Ħelwa, f’133 Triq Melita Valletta fis-27 ta’ Frar 2010, Din l-Art Ħelwa ssostni li xi prattiċi ta’sajd qegħdin jeqirdu din l-industrija għaliex joqtlu ammonti kbar ta’ ħut u krejaturi oħra tal-baħar. Għalhekk il-gvern għandu jara li s-sajd għandu jkun sostenibbli biex il-ħut jibqa’ jirriproduċi u għandu jara li l-produttivita u d-diversita ta’ l-ekosistemi li fuqhom jiddependi s-sajd għandhom jissaħħu u jara li l-liġijiet nazzjonali u nternazzjonali għandhom jitħarsu. 

 

The Re-Use of Limestone

It is hereby resolved by the Annual General Meeting of Din l-Art Helwa held in Valletta on Saturday 27th February 2010 that, in view of the fact that Globigerina limestone which is an integral part of Malta’s unique architectural landscape is a limited resource yet still the cheapest building material available in spite of dwindling supply, the Malta Environment and Planning Authority is hereby urged to ensure that policies to protect this valuable resource are put in place to encourage the re-use of excavated stone on building sites as well as the recycling of other material resulting from demolition, and to promote the restoration, rehabilitation and re-use of existing buildings rather than their demolition and replacement as a means of safeguarding the fast dwindling and already depleted resource of natural limestone.

 

Ir-Riċiklaġġ tal-Ġebla tal-Franka

B’riżoluzzjoni waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Din l-Art Ħelwa, f’133 Triq Melita Valletta fis-27 ta’ Frar 2010, Din l-Art Ħelwa tħeġġeġ l-Awtorita ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar biex tħejji politika li tipproteġi l-ġebla tal-franka li tifforma parti ntegrali mill-ambjent arkitettoniku ta’ pajjiżna, u tinkioraġġixxi r-riċiklaġġ ta’ din il-ġebla kif ukoll ta’ materjal ieħor li jinqala’ minn postijiet li jitwaqqgħu. Għandha wkoll tippromwovi r-restawr, reabilitazzjoni u l-użu mill-ġdid ta’ postijiet eżistenti minflok jitwaqqgħu il-postijiet u għalhekk jinħela dan ir-riżors naturali f’pajjiżna.

 

 

 

Pollution and Health

It is hereby resolved by the Annual General Meeting of Din l-Art Helwa held in Valletta on Saturday 27th February 2010 that, in view of the fact that the links between environmental pollution and health problems, including allergies such as asthma, infections, chronic disease of the lungs, fetal abnormalities and cancer, are increasingly obvious, the government is hereby urged to ensure that there is stricter control and enforcement of existing regulations in order to reduce dust emissions from quarries and building sites and to abolish from the roads the multitude of vehicles which are emitting toxic fumes, as well as initiatives to implement the long-awaited public transport reforms and to encourage the use of alternative energy with particular regard to energy efficient building practices.

 

It-Tniġġis u s-Saħħa

Minħabba li hemm relazzjoni qawwija dejjem tikber bejn it-tniġġiż u l-effetti fuq is-saħħa bħall- ażżma, infezzjonijiet, mard kroniku tal-pulmun, mard fil-fetu u l-kanċer, b’riżoluzzjoni waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Din l-Art Ħelwa, f’133 Triq Melita Valletta fis-27 ta’ Frar 2010, Din l-Art Ħelwa tħeġġeġ il-gvern biex tinforza regolamenti eżistenti fuq trabijiet li jtiru minn barrieri u postijiet taħt kostruzzjoni u jitneħħew mit-toroq il-karozzi li għadhom iniġġsu. Għandu jwettaq mill-aktar fis ir-riformi tat-trasport pubbliku u jinkoraġġixxi l-użu ta’ enerġija alternattiva kif ukoll prattiċi tajba fil-bini tad-djar biex jonqos l-użu ta’ enerġija artifiċjali.

 

 

 

Water Resources

It was hereby resolved at Din l-Art Helwa’s Annual General Meeting in Valletta on 27th February 2010, in view of the fact that the dire state of our water resources and specifically the depletion of our resources in a very short time span (estimated at between 5 to15 years time) is considered to be the biggest environmental threat that Malta faces if the current extraction rate is maintained, that the government should finalise the National Water Policy and in line with the EU Water Directive implement all measures necessary to reverse the current trend and to preserve this precious resource.

 

Riżorsi ta’ l-Ilma f’Pajjiżna

Minħabba li r-riżorsi naturali ta’ l-ilma qegħdin dejjem jonqsu u huwa stmat li fi żmien bejn 5 u 15-il sena dawn ir-riżorsi jispiċċaw, b’riżoluzzjoni waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Din l-Art Ħelwa, f’133 Triq Melita Valletta fis-27 ta’ Frar 2010, Din l-Art Ħelwa tħeġġeg il-gvern biex tħabbar il-Politika Nazzjonali dwar l-Ilma kif hija miktuba fid-Direttiva dwar l-Ilma ta’ l-Unjoni Ewropea biex jiġu mħarsa dawn ir-riżorsi naturali. Din l-Art Ħelwa taħseb li din hija l-akbar theddida ambjentali li qegħdha tiffaċċja pajjiżna.